O Alla tieghi, Trinita’ li nadura, ghinni biex ninsa ghal kollox lili nnifsi halli nistabbilixxi ruhi fik. Hiemda bla ma nitharreq bhallikieku ruhi ġa qieghada fl-eternita’ ! Jalla xejn ma jtellifni l-paċi tieghi jew johroġni minnek. O Alla tieghi li ma jinbidilx, imma li kull waqt, jehodni aktar ‘il ġewwa fil-fond tal-Misteru tieghek ! Serrah lil ruhi, waqqaf hemm is-Sema tieghek, darck l-ghażiża, u l-post tal-mistrieh tieghek. Aghmel li jien qatt ma nhallik hemm wahdek, imma li nkun hemm kollni kemm jien, kollni imheġġa fil-fidi, kollni fl’adorazzjoni, kollni mitluqa ghall-Azzjoni hallieqa tieghek.
O Mahbub Kristu tieghi, imsallab ghax habbejt, jiena nixtieq inkun gharusa tal-Qalb tieghek, nixtieq nimliek bil-glorja, nixtieq inhobbok… sa ma mmutt bl-imhabba ! Imma nhoss in-nuqqas ta’ hila tieghi, u nitolbok biex ‘tlibbisni bik innifsek’, biex ruhi ssir haġa wahda ma’ kull ċaqliqa ta’ ruhek, tghaddasni, tahkimni, tichu posti, halli hajti ma tkunx hlief raġġ ta’ hajtek. Ejja fija bhala l-Adoratur, bhala Feddej u Salvatur.
O Verb Etern, Kelma ta’ Alla tieghi, irrid nghaddi hajti nisimghek, irrid inkun dejjem attenta biex nitghallem kollox minn ghandek. Imbaghad, permezz ta’ l-iljieli kollha ta’ l-ispiritu, il-vojt kollu u n-nuqqasijiet ta’ hila kollha tieghi, irrid dejjem niffissa harsti fik u nghix taht id-dawl kbir tieghek. O Kewkba mahbuba tieghi, sahharni lejk sabiex qatt aktar ma nkun nista’ nohroġ mid-dija tieghex.
O Nar querriedi, Spirtu ta’ mhabba, ixhet id-dell tieghek fuqi sabiex fir-ruh tieghi ssehh bhal inkarnazzjoni tal-Verb, u nkun ghaliH umanita’ miżjuda li fiha Hu jġedded il-Misteru kollu tieghu. U int, o Missier, mil lejn il-hlejqa ėkejkna u msejkna tieghek, ghattiha bid-dell tieghek, tara xejn fiha hlief il-Mahbub tieghek li fih int qeghidt l-ghaxqa kollha tieghek.
O Tlieta tieghi, il-Kollox tieghi, l-Hena tieghi, Solitudni infinita, Immensita’ li fiha jien nintilef : jien bhal priża nintelaq fikom. Inhbew fija halli jiena ninheba fikom, waqt li nistenna li nasal nikkontempla fid-dawl taghkom l-abbis tal-kobor taghkom.